1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/47
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ 11 ta’ Gunju 2009 — Bastos Viegas vs UASI — Fabre médicament (OPDREX)
(Kawża T-33/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OPDREX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti OPTREX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 180/87
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bastos Viegas, SA (Penafiel, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Marín Raigal u P. López Ronda, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Pierre Fabre médicament (Boulogne Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J. Grau Mora, A. Angulo Lafora u M. Ferrándiz Avendaño, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1238/2006-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pierre Fabre Médicament SA u Bastos Viegas, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bastos Viegas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.3.2008
Full & Egal Universal Law Academy