29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2011 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-34/08) (1)
(Għajnuna finanzjarja mogħtija fil-kuntest tal-programm Daphné II - Determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju - Żball ta’ evalwazzjoni)
2011/C 319/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment B. Henning, sussegwentement U. Claus, u fl-aħħar nett S. Reichmann u L.-J. Schmidt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Grünheid u B. Simon, sussegwentement S. Grünheid u F. Dintilhac, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Novembru 2007, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-ftehim ta’ għoti Daphne JAI/DAP/2004-2/052/W.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Novembru 2007, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mill-Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV fil-kuntest tal-ftehim ta’ għoti Daphne JAI/DAP/2004-2/052/W hija annullata sa fejn tikkonċerna l-ispejjeż marbuta mal-pożizzjonijiet A 6, A 39, A 40, A 41, A 43 u E 41.
(2)
Il-Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti mill-Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung.
(1) ĠU C 79, 29.03.2008.
Full & Egal Universal Law Academy