15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2010 — Codorniu Napa vs UASI Bodegas Ontañón (ARTESA NAPA VALLEY)
(Kawża T-35/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ARTESA NAPA VALLEY - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ARTESO u trade mark nazzjonali verbali preċedenti LA ARTESA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 13/42
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Codorniu Napa, Inc. (Napa, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté u M. Curell Aguilà, sussegwentement M. Curell Aguilà u J. Güell Serra, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Ontañón, SA (Quel, La Rioja, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 747/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Ontañón, SA u Codorniu Napa, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Codorniu Napa, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy