28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-39/08) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manteniment ta’ portal tal-internet - Ċaħda tal-offerta u għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għażla - Kriterji ta’ għoti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2012/C 25/88
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti EAC/04/07 għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manteniment tal-portal tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tagħlim minn fuq l-internet (l-e-learning) (ĠU 2007, S 87), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li tiċħad l-offerta ppreżentata minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti EAC/04/07 dwar il-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manteniment tal-portal tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea fuq it-tagħlim minn fuq l-internet (e-learning) , u li d-deċiżjoni li dan il-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, hija annullata.
(2)
It-talba għad-danni hija miċħuda.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy