16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Michail vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-50/08 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2004 - Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
2010/C 11/49
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellant: Christos Michail (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007, Michail vs Il-Kummissjoni (F-34/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Christos Michail għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 128, 24.05.2008
Full & Egal Universal Law Academy