14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-53/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ vantaġġ - Prinċipju ta’ kontradittorju)
2010/C 221/57
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Giolito u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal 20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna tal-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 29.03.2008.
Full & Egal Universal Law Academy