2.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — UEFA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-55/08) (1)
(Xandir televiżiv - Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KE - Miżuri adottati mir-Renju Unit li jirrigwardaw l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membu - Kampjonat tal-Ewropa tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju - Motivazzjoni - Artikoli 49 KE u 86 KE - Dritt ta’ proprjetà)
2011/C 103/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Union des associations européennes de football (UEFA) (Nyon, L-Isviżżera) (rappreżentanti: A. Bell, K. Learoyd, solicitors, D. Anderson, QC, u B. Keane, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Benyon u E. Montaguti, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u M. Lester, barrister)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn S. Behzadi-Spencer u V. Jackson, sussegwentement minn S. Behzadi-Spencer u L. Seeboruth, aġenti, assisti minn T. de la Mare u B. Kennelly, barristers)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L-Union des associations européennes de football (UEFA)għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju tal-Belġju u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy