21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/43
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-5 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni vs Roodhuijzen
(Kawża T-58/08 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Siġurtà soċjali - Skema konġunta tal-assigurazzjoni kontra l-mard - Kopertura tas-sieħeb mhux miżżewweġ”)
2009/C 282/80
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Appellat: Anton Pieter Roodhuijzen (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Novembru 2007, Roodjuijzen vs Il-Kummissjoni (F-122/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk subiti minn Anton Pieter Roodhuijzen fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy