14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-64/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ vantaġġ - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Implementazzjoni tal-għajnuna)
2010/C 221/60
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino u G. Barone, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implementata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Nuova Terni Industrie Chimiche SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy