29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-69/08) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 2001/18/KE - Dispożizzjonijiet nazzjonali li jiksru miżura ta’ armonizzazzjoni - Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni - Nuqqas ta’ notifika fit-terminu ta’ sitt xhur previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(6) KE)
2011/C 30/60
Lingwa tal-kawża: il-Pollak
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Dowgielewicz, sussegwentement M. Dowgielewicz, B. Majczyna u M. Jarosz, u fl-aħħar M. Szpunar, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, C. Zadra u K. Herrmann, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent); ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u M. Tassopoulou, aġenti); u r-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: inizjalment E. Riedl, sussegwentement E. Riedl u C. Pesendorfer, u fl-aħħar E. Riedl, C. Pesendorfer, G. Hesse u M. Fruhmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/62/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2007, rigward l-Artikoli 111 u 172 tal-Abbozz ta’ Att Pollakk dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament, innotifikati mir-Repubblika tal-Polonja skont l-Artikolu 95(5) KE bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU 2008, L 16, p. 17).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/62/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2007, rigward l-Artikoli 111 u 172 tal-Abbozz ta’ Att Pollakk dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament, innotifikati mir-Repubblika tal-Polonja skont l-Artikoli 95(5) KE bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 92, 12.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy