26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-73/08) (1)
(Għajnuna finanzjarja mħallsa fil-kuntest tal-programm Daphné II - Determinazzjoni tal-ammont tas-sussidju finali - Nota ta’ debitu - Att li jista’ jiġi kkontestat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Smigħ xieraq - Żbalji ta’ evalwazzjoni)
2013/C 313/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment B. Henning, sussegwentement U. Claus u M. Uhmann, u finalment C. Otto, S. Reichmann u L.-J. Schmidt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Grünheid u B. Simon, sussegwentement S. Grünheid u F. Dintilhac, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu tas-26 ta’ Novembru 2007, li permezz tagħha hija talbet lir-rikorrent jirrimborsaha s-somma ta’ EUR 23 228,07 li hija kienet ħallsitu skont il-ftehim ta’ sussidju Daphné (JLS/DAP/2004-1/080/YC).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 26.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy