21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/43
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — JOOP! vs UASI (!)
(Kawża T-75/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta punt esklamattiv - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b)u (ċ), u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 282/81
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg, W. Möllering, A. Löhde, H. Leo, A. Witte, T. Frank, A. Theil, H.-P. Rühland, B. Willers u T. Rein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1134/2007-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
JOOP! GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy