17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — Dow Chemical vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-77/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-lastiku chloroprene - Deċiżjoni li tirrgwarda ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Impriża konġunta - Linji gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)
2012/C 80/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Dow Chemical Company (Midland, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Schroeder u T. Graf, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn X. Lewis u V. Bottka, sussegwentement minn V. Bottka u V. Di Bucci, u fl-aħħar minn V. Bottka, P. Van Nuffel u L. Malferrari, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar il-proċedura taħt [skont] l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.629 — Lastiku Chloroprene), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2974 finali, tat-23 Ġunju 2008, sa fejn din tikkonċerna r-rikorrent, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
The Dow Chemical Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 116, 09.05.2008.
Full & Egal Universal Law Academy