1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/48
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Baldesberger vs UASI (forma ta’ pinzetta)
(Kawża T-78/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ pinzetta - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 180/89
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fides B. Baldesberger (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)
Suġġett
Rikors mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 1405/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ pinzetta bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fides B. Baldesberger hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008
Full & Egal Universal Law Academy