5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/20
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — CureVac vs UASI Qiagen (RNAiFect)
(Kawża T-80/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RNAiFect - Trade mark verbali preċedenti RNActive - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 297/28
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: CureVac GmbH (Tübingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Graf von Stosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Kicia u S. Schäffner, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Qiagen GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Krings, sussegwentement V. von Bomhard, A. Renck u T. Dolde, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 1219/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CureVac GmbH u Qiagen GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
CureVac GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 26.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy