17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-82/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-ŻEE - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Prova tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Esklużjoni ta’ ‘captive sales’ (bejgħ minn fornituri lil konsumaturi li huma fil-proprjetà sħiħa jew parzjali tal-imsemmija fornituri) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti)
2012/C 355/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Guardian Industries Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti); u Guardian Europe Sàrl (Dudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis, A. Vallery, C. Eggers u H.-G. Kamann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.165 — Ħġieġ ċatt), sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti, u t-tnaqqis tal-multa imposta fuqhom permezz tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl huma kkundannati għall-ispejjeż. l
(1) ĠU C 107, 26.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy