21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ April 2011 — Intesa Sanpaolo vs UASI — MIP Metro (COMIT)
(Kawża T-84/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMIT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Comet - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96)
2011/C 152/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH &Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase, J.-C. Plate u M. Berger, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 138/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Intesa Sanpoalo SpA.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 138/2006-4) hija annullata sa fejn tiċħad l-applikazzjoni ta’ Intesa Sanpaolo SpA relatata mal-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 16.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Intesa Sanpaolo.
(4)
MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 116, 9.5.2008.
Full & Egal Universal Law Academy