11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-86/08) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament - Frott u ħaxix - Żvilupp rurali - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-ħlas - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Awtorità ta’ res judicata - Terminu ta’ 24 xahar - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2012/C 243/23
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment V. Kontolaimos, S. Charitaki u M. Tassopoulou, sussegwentement M. Tassopoulou u I. Chalkias u K. Tsagkaropoulos, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, aġent, assistit minn P. Katsimani, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2008/68/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija ((FAEGG), taqsima “Garanzia”) (ĠU 2008, L 18, p. 12), sa fejn hija tirreferi għal ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy