1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2010 — Centre de coordination Carrefour vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-94/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju - Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata wara annullament parzjali mill-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)
2010/C 113/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre de coordination Carrefour SNC (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: X. Clarebout u K. Platteau, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. P. Keppenne, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/283/KE, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (ĠU 2008, L 90, p. 7), sa fejn din ma tipprovdix perijodu tranżitorju adegwat.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Centre de coordination Carrefour SNC huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 92, 12.4.2008.
Full & Egal Universal Law Academy