7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-111/08) (1)
(Kompetizzjoni - Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni bejn impriżi - Suq tas-servizzi ta’ akkwist ta’ tranżazzjonijiet imwettqa b’karti ta’ debitu, ta’ debitu differit u ta’ kreditu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Drittijiet multilaterali tal-interskambju ta’ riżerva - Artikolu 81(1) u (3) KE - Kunċett ta’ restrizzjoni anċillari - Nuqqas ta’ natura oġġettivament neċessarja - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni dovuta għall-effett - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ eżenzjoni individwali - Drittijiet tad-difiża - Miżura korrettiva - Pagamenti ta’ penalità - Motivazzjoni - Proporzjonalità)
2012/C 200/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MasterCard, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti); Mastercard International, Inc. (Wilmington); u MasterCard Europe (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Amory, V. Brophy u S. McInnes, avukati, u T. Sharpe, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, N. Khan u V. Bottka, sussegwentement N. Khan u V. Bottka, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: F. Lorente Hurtado, P. Vidal Martínez u A. Rodriguez Encinas, avukati); Royal Bank of Scotland plc (Edinburgh, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Liddell, solicitor, D. Waelbroeck, avukat, N. Green, QC, u M. Hoskins, barrister); HSBC Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Coleman, P. Scott, solicitors, u R. Thompson, QC); Bank of Scotland plc (Edinburgh) (rappreżentanti: inizjalment S. Kim, K. Gordon u C. Hutton, solicitors, sussegwentement J. Flynn, QC, E. McKnight u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors); Lloyds TSB Bank plc (Londra) (rappreżentanti: E. McKnight, K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors, u J. Flynn, QC); u MBNA Europe Bank Ltd (Chester, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Davis, solicitor, u J. Swift, QC)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment E. Jenkinson u I. Rao, aġenti, sussegwentement I. Rao, S. Ossowski u F. Penlington, u fl-aħħar nett I. Rao, S. Ossowski u C. Murrell, aġenti, assistiti minn J. Turner, QC, u J. Holmes, barrister); British Retail Consortium (Londra) (rappreżentanti: P. Crockford, solicitor, u A. Robertson, barrister); u EuroCommerce AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment F. Tuytschaever u F. Wijckmans, sussegwentement F. Wijckmans u J. Stuyck, avukati)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2007) 6474 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2007, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/34.579 — MasterCard, Każ COMP/36.518 — EuroCommerce, Każ COMP/38.580 — Cards Kummerċjali), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikoli 3 sa 5 u 7 ta’ din l-istess deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
MasterCard, Inc., MasterCard International, Inc., u MasterCard Europe għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(4)
British Retail Consortium u EuroCommerce AISBL għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(5)
Banco Santander, SA, Royal Bank of Scotland plc, HSBC Bank plc, Bank of Scotland plc, Lloyds TSB Bank plc u MBNA Europe Bank Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 116, 09.05.2008.
Full & Egal Universal Law Academy