31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Actega Terra vs UASI (TERRAEFFEKT matt & gloss)
(Kawża T-118/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TERRAEFFEKT matt & gloss - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 209/48
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Andorfer-Erhard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1467/2007-1), li jirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TERRAEFFEKT matt & gloss bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Actega Terra GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 26.04.2008.
Full & Egal Universal Law Academy