1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/48
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Gunju 2009 — ERNI Electronics vs UASI (MaxiBridge)
(Kawża T-132/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MaxiBridge - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv tal-użu tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għat-trade mark - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009]”)
2009/C 180/90
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ERNI Electronics GmbH (Adelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Breitenbach u W. Schaller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1530/2006-4) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MaxiBridge bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
ERNI Electronics GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008
Full & Egal Universal Law Academy