6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Schniga vs CPVO — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)
(Kawża T-135/08) (1)
(Varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta’ tuffieħa Gala Schnitzer - Eżami tekniku - Setgħa diskrezzjonali tas-CPVO - Oġġezzjonijiet - Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94)
2010/C 301/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: B. Kiewiet u M. Ekvad, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elaris SNC (Angers, Franza); Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, New Zealand) (rappreżentant: M. Eller, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007), li tirrigwarda l-għoti ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanta Gala Schnitzer.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007) hija annullata.
(2)
Is-CPVO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Schniga GmbH.
(3)
Elaris SNC u Brookfield New Zealand Ltd huma kkundanati għall-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy