4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/38
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Mejju 2009 — Aurelia Finance vs UASI (AURELIA)
(Kawża T-136/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali AURELIA - Nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa ta’ tiġdid - Kanċellazzjoni tat-trade mark fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Talba għal restitutio in integrum”)
2009/C 153/72
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aurelia Finance SA (Ġinevra, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Elmslie, solicitor, u N. Saunders, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Otis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1214/2007 1) dwar it-talba għal restitutio in integrum ippreżentat mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aurelia finance SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 128, 24.5.2008.
Full & Egal Universal Law Academy