5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/21
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — BCS vs UASI — Deere (Tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar)
(Kawża T-137/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar - Artikolu 8(4) u l-Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2009/C 297/29
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BCS SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi, V. Jandoli u F. Santoncito, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Deere & Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Gray, solicitor, u A. Tornato, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2008 (Każ R 222/2007 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn BCS SpA u Deere & Company
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BCS SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy