7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/63
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Settembru 2009 — The Smiley Company vs UASI (Xbiha tan-nofs ta’ tbissima ta’ smiley)
(Kawża T-139/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta n-nofs ta’ tbissima ta’ smiley - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 146(1) u Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 151(1) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 267/112
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Deutsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Frar 2008 (R 958/2007-4) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta n-nofs ta’ tbissima ta’ smiley.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The Smiley Company SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mas-sostituzzjoni tagħha ma’ Franklin Loufrani.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy