21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/44
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Ottubru 2009 — Ferrero SpA vs UASI — Tirol Milch (TiMi KiNDERJOGHURT)
(Kawża T-140/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva TiMi KiNDERJOGHURT - Trade mark verbali preċedenti KINDER - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti - Nuqqas ta’ res judicata - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 8(5), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 8(5), u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 282/83
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: C. Gielen u F. Jacobacci, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Jannar 2008 (Każ R 682/2007-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ferrero SpA u Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ferrero SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy