26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-142/08) (1)
(Sistema lingwistika - Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti - Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Lingwa tal-eżamijiet - Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali)
2013/C 313/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement N. Díaz Abad u J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali, minn naħa, EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u, min-naħa l-oħra, EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008 (ĠU C 16 A, rispettivament p. 1 u p. 16).
Dispożittiv
(1)
L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008, huma annullati.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 142, 7.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy