25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2011 — Atlas Transport vs UASI
(Kawża T-145/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali ATLAS - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Benelux Atlasair - Rekwiżiti proċedurali - Preżentata ta’ nota li tispjega r-raġunijiet tal-appell - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Regola 20(7) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2011/C 186/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Atlas Air, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment R. Dissmann, sussegwentement R. Dissmann u J. Guhn, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Atlas Air, Inc. u Atlas Transport GmbH.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Atlas Transport GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Atlas Air Inc.
(1) ĠU C 158, 21.06.2008
Full & Egal Universal Law Academy