19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Novembru 2009 — REWE-Zentral vs UASI — Aldi Einkauf (Clina)
(Kawża T-150/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clina - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 312/45
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, A. Bognár u S. Schäffler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2008 (Każ R 1484/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG u REWE-Zentral AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 158, 21.06.2008
Full & Egal Universal Law Academy