1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/49
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ġunju 2009 — Guedes — Indústria e Comércio vs UASI — Espai Rural de Gallecs (Gallecs)
(Kawża T-151/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Gallecs - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti GALLO, GALLO AZEITE NOVO, GALLO AZEITE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 180/91
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentant: B. Braga da Cruz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Consorci de l’Espai Rural de Gallecs (Barċellona, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2008 (Każ R 986/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA u Consorci de l’Espai Rural de Gallecs.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 5.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy