23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Kido vs UASI — Amberes (SCORPIONEXO)
(Kawża T-152/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SCORPIONEXO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ESCORPION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 288/64
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Kido Industrial Ltd (Yangcheon-gu, il-Korea) (rappreżentant: M. Mall, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Amberes, SA (Igualada, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2008 (Każ R 287/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Amberes, SA u Kido Industrial Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kido Industrial Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 158, 21.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy