31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Shenzhen Taiden vs UASI — Bosch Security Systems (Apparat għall-komunikazzjoni)
(Kawża T-153/08) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat ta’ komunikazzjoni - Disinn internazzjonali preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Utent informat - Grad tal-libertà tad-disinjatur - Prova tal-iżvelar lill-pubbliku tad-disinn preċedenti - Artikolu 4(1), Artikolu 6(1)(b) u (2), Artikolu 7(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2010/C 209/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shenzhen Taiden Industrial Co. Ltd (Shenzhen, Guangdong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Hartmann u M. Helmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bosch Security Systems BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Gielen, M. Bom u B. van Hunnik, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Frar 2008 (każ R 1437/2006-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bosch Security Systems BV u Shenzhen Taiden Industrial Co. Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Shenzhen Taiden Industrial Co. Ltd hija kkundannata għall ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Bosch Security Systems BV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 158, 21.6.2008.
Full & Egal Universal Law Academy