19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2011 — Paroc vs UASI (INSULATE FOR LIFE)
(Kawża T-157/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INSULATE FOR LIFE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Deċiżjoni purament konfermattiva - Inammissibbiltà parzjali)
2011/C 89/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Paroc Oy AB (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Palm)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-21 ta’ Frar 2008 (Każ R 54/2008-2), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali INSULATE FOR LIFE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Paroc Oy AB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 5.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy