28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Putterie-De-Beukelaer
(Kawża T-160/08 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Annullament fl-ewwel istanza tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Taqsima ‘Potenzjali’ - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni)
2010/C 234/55
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Hermann, aġenti)
Appellata: Françoise Putterie-De-Beukelaer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2008, Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni (F-31/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2008, Putterie-De-Beukelaer vs Il-Kummissjoni (F-31/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.
(2)
Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.
(3)
L-ispejjeż huma riżervati.
(1) ĠU C 183, 19.07.2008.
Full & Egal Universal Law Academy