26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-164/08) (1)
(Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tobba - Pubblikazzjoni integrali bi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali - Pubblikazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha - Lingwa tal-eżamijiet - Għażla tat-tieni lingwa minn fost it-tliet lingwi uffiċjali)
2013/C 313/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement N. Díaz Abad u J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/125/08 (AD 7 u AD 9), għall-istabbiliment ta’ lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tobba, ippubblikat fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2008 (ĠU C 48 A, p. 1).
Dispożittiv
(1)
L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/125/08 (AD 7 u AD 9) għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tobba, ippubblikat fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2008, huwa annullat.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 158, 21.06.2008.
Full & Egal Universal Law Academy