11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Microsoft vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/08) (1)
(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Sistemi operattivi għal clients PCs - Sistemi operattivi għal servers ta’ work group - Rifjut tal-impriża dominanti li tipprovdi l-informazzjoni dwar l-interoperabbiltà u li tawtorizza l-użu tagħha - Eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn deċiżjoni li tikkonstata ksur u li timponi miżuri ta’ mġiba - Pagament ta’ penalità)
2012/C 243/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Microsoft Corp. (Redmond, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. F. Bellis u I. Forrester, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Di Bucci, F. Castillo de la Torre u N. Khan, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: The Computing Technology Industry Association, Inc. (Oakbrook Terrace, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. van Gerven u T. Franchoo, avukati); u Association for Competitive Technology, Inc. (Washington, DC, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment D. Went u H. Pearson, solicitors, sussegwentement H. Mercer, QC)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Free Software Foundation Europe eV (Hambourg, il-Ġermanja) u Samba Team (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Piana u T. Ballarino, avukati); Software & Information Industry Association (Washington, DC) (rappreżentanti: T. Vinje u D. Dakanalis, solicitors, u A. Tomtsis, avukati); European Committee for Interoperable Systems (ECIS) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Vinje, solicitor, M. Dolmans, N. Dodoo u A. Ferti, avukati); International Business Machines Corp. (Armonk, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Dolmans u T. Graf, avukati); Red Hat, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C.-D. Ehlermann, S. Völcker, avukati, u C. O’Daly, solicitor); u Oracle Corp. (Redwood Shores, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Vinje, solicitor, u D. Paemen, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 764 finali, tas-27 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-penali perjodiċi imposti fuq Microsoft bid-Deċiżjoni C(2005) 4420 finali (Każ COMP/C-3/37.792 — Microsoft) u sussidjarjament, talba għat-tħassir jew tnaqqis tal-pagament ta’ penalità impost fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-pagament ta’ penalità impost fuq Microsoft Corp. fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 764 finali, tas-27 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-ammont definittiv tal-pagament perjodiku ta’ penalità impost fuq il-Korporazzjoni Microsoft permezz tad-Deċiżjoni C(2005) 4220 finali (Każ COMP/C-3/37.792 — Microsoft) huwa ffissat għal EUR 860 miljun.
(2)
Microsoft għandha tbati l-ispejjeż tagħha, 95 % tal-ispejjeż subiti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ din tal-aħħar marbuta mal-interventi ta’ The Computing Technology Industry Association, Inc. u tal-Association for Competitive Technology, Inc. u 80 % tal-ispejjeż subiti mill-Free Software Foundation Europe e.V. u s-Samba Team, is-Software & Information Industry Association, il-European Committee for Interoperable Systems, International Business Machines Corp., Red Hat Inc. u Oracle Corp.
(3)
Il-Kummissjoni għandha tbati 5 % tal-ispejjeż tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mal-intervent ta’ The Computing Technology Industry Association u l-Association for Competitive Technology.
(4)
The Computing Technology Industry Association u l-Association for Competitive Technology għandhom ibati l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni marbuta mal-intervent tagħhom.
(5)
Il-Free Software Foundation Europe u s-Samba Team, is-Software & Information Industry Association, il-European Committee for Interoperable Systems, International Business Machines, Red Hat u Oracle għandhom ibatu 20 % tal-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 171, 5.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy