5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2010 — Rodd & Gunn Australia vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb)
(Kawża T-187/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta kelb - Tħassir tat-trade mark meta r-reġistrazzjoni tiskadi - Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade mark - Talba għal restitutio in integrum - Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 148/47
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rodd & Gunn Australia Ltd (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, u N. Jenkins, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1245/2007-4), dwar talba għal restitutio in integrum.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Rodd & Gunn Australia Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 5.7.2008
Full & Egal Universal Law Academy