30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-195/08) (1)
(“Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Bini ta’ sala ta’ produzzjoni ta’ materjal ta’ referenza - Ċaħda tal-offerta ta’ kandidat - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Interpretazzjoni ta’ kundizzjoni prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Konformità ta’ offerta mal-kundizzjonijiet previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Eżerċizzju tas-setgħa li jintalbu kjarifiki dwar l-offerti - Rikors għad-danni”)
2010/C 24/83
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Antwerpse Bouwwerken NV (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Verbist u D. de Keuster, sussegwentement J. Verbist, B. van de Walle de Ghelcke u A. Vandervennet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn M. Gelders, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti ristretta rigward il-bini ta’ sala ta’ produzzjoni ta’ materjali ta’ referenza fuq is-sit tal-Institut des matériaux et mesures de référence f’Geel (il-Belġju) u li tagħti l-kuntratt pubbliku lil kandidat ieħor u, min-naħa, talba għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba mir rikorrenti minħabba l-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Antwerpse Bouwwerken NV hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-195/08 R.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy