30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Ziegler SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-199/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Manipulazzjoni tas-sejħa għal offerti - Effett sinjifikanti fuq il-kummerċ - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006)
2011/C 226/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ziegler SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-L. Lodomez u J. Lodomez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u O. Beynet, sussegwentement minn A. Bouquet u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ziegler SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 183, 19.07.2008.
Full & Egal Universal Law Academy