20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2010 — Interflon vs UASI — Illinois Tool Works (FOODLUBE)
(Kawża T-200/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FOODLUBE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009))
2010/C 317/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Interflon BV (Rosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Wertwijn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Illinois Tool Works, Inc. (Glenview, Illinois, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Interflon BV u Illinois Tool Works, Inc.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), hija annullata sa fejn hija tiċħad ir-rikors f’dak li jikkonċerna l-prodotti kimiċi ddestinati għall-industrija, fil-klassi 1, u ż-żjut u x-xaħmijiet industrijali kif ukoll il-lubrifikanti, fil-klassi 4.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 183, 19.7.2008.
Full & Egal Universal Law Academy