20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2010 — Market Watch vs UASI — Ares Trading (Seroslim)
(Kawża T-201/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Seroslim - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEROSTIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 317/47
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Market Watch Franchise Consulting, Inc. (Freeport, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ares Trading SA (Aubonne, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. De Justo Bailey u M. De Justo Vazquez, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Marzu 2008 (Każ R 805/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ares Trading SA u Market Watch Franchise Consulting, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Market Watch Franchise Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 197, 02.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy