2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2011 — Habanos vs UASI — Tabacos de Centroamérica (KIOWA)
(Kawża T-207/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KIOWA - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedeni COHIBA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 194/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Corporación Habanos, SA (Ħavana, Kuba) (rappreżentanti: inizjalment V. Gil Vega u A. Ruiz López, sussegwentement A. Ruiz López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tabacos de Centroamérica, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: R.M. Caldés Llopis, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1189/2001-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Corporación Habanos, SA u Tabacos de Centroamérica, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Corporación Habanos, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(3)
Tabacos de Centroamérica, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy