30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Gosselin Group u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-208/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Manipulazzjoni ta’ sejħiet għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Kunċett ta’ impriża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 - Gravità - Tul taż-żmien)
2011/C 226/49
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Gosselin Group NV, li kienet Gosselin World Wide Moving NV (Deurne, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Wijckmans u S. De Keer, avukati) (Kawża T-208/08); u Stichting Administratiekantoor Portielje (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D. Van hove, avukat) (Kawża T-209/08)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5810 finali, tal-24 ta’ Lulju 2009, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Fil-Kawża T-208/08, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), hija annullata sa fejn din tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fi ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu mit-30 ta’ Ottubru 1993 sal-14 ta’ Novembru 1996.
(2)
L-ammont tal-multa imposta lil Gosselin Group fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5810 finali, tal-24 ta’ Lulju 2009, hija ffissata għal EUR 2,32 miljun.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Fil-Kawża T-209/08, id-Deċiżjoni C(2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2009) 5810, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje.
(5)
Fil-Kawża T-208/08, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(6)
Fil-Kawża T-209/08, il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy