30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Verhuizingen Coppens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-210/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Manipulazzjoni ta’ sejħiet għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Oneru tal-prova)
2011/C 226/50
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Verhuizingen Coppens NV (Bierbeck, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Stuyck u I. Buelens, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1(i) u l-Artikolu 2(k) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), huma annullati.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 197, 02.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy