30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Putters International vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-211/08) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Manipulazzjoni ta’ sejħiet għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 - Gravità - Tul)
2011/C 226/51
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Putters International NV (Cargovil, il-Belġju) (rappreżentant: K. Platteau, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouguet u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Putters International NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 197, 02.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy