4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-232/08) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Miżuri ta’ żvilupp rurali - ‘Żoni żvantaġġjati’ u ‘agroambjent’ - Sistemi nazzjonali ta’ gestioni, ta’ kontroll u ta’ sanzjoni - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa)
2012/C 32/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: F. Probst, aġent, assistit minn M. Theisen u K. Spitz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. van Rijn, sussegwentement F. Clotuche-Duvieusart u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/321/KE, tat-8 ta’ April 2008, li teskludi ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 109, p. 35).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 15.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy