23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2010 — MPDV Mikrolab vs UASI (ROI ANALYZER)
(Kawża T-233/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROI ANALYZER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 288/65
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2008 (Każ R 1525/2006-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ROI ANALYSER bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy