29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne
(Kawża T-238/08) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ riċerka u ta’ taħriġ li jirrigwarda proġett ta’ tagħlim reċiproku bejn il-komun ta’ Valbonne (Franza) u l-provinċja ta’ Ascoli Piceno (l-Italja) - Talba għar-rimbors tas- somom imħallsa bil-quddiem)
2011/C 30/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Escobar Guerrero, sussegwentement minn F. Dintilhac u A. Sauka, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)
Konvenut: Commune de Valbonne (Franza) (rappreżentant: B. Rapp-Jung, avukat)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE intiż sabiex il-komun ta’ Valbonne jiġi kkundannat għar-rimbors ta’ ħlasijiet bil-quddiem imħallsa mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi minħabba dewmien, fil-kuntest tal-kuntratt Valaspi MM 1027, tad-29 ta’ Diċembru 1997.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 30.08.2008.
Full & Egal Universal Law Academy