4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Konsum Nord vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/08) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Prezz tal-be jgħ ta’ art - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat - Determinazzjoni tal-prezz tas-suq)
2012/C 32/33
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: Konsum Nord ekonomisk förening (Umeå, l-Isveżja) (rappreżentanti: U. Öberg u I. Otken Eriksson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Giolito, P. Dejmek u J. Enegren, sussegwentement minn C. Giolito u L. Parpala, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/366/KE, tat-30 ta’ Jannar 2008, dwar għajnuna mill-Istat C 35/06 (ex NN 37/06) implimentata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening (ĠU L 126, p. 3).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/366/KE, tat-30 ta’ Jannar 2008, dwar għajnuna mill-Istat C 35/06 (ex NN 37/06) implimentata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Konsum Nord ekonomisk förening.
(1) ĠU C 223, 30.8.2008.
Full & Egal Universal Law Academy